Wednesday, October 9, 2024

“Il-11 ta’ Mejju kien il-jum li bdiltli ħajti u għamiltni tiegħek”

…Nicola b’messaġġ ta’ imħabba lil Dale

Aqra wkoll

Nicola u Dale kienu waħda mill-koppja favorita fis-sensiela tal-ewwel edizzjoni ta’ Love Island Malta. Fuq il-paġna tagħha fuq Instagram, Nicola irrimarkat li bħal llum xahrejn iltaqgħet għal l-ewwel darba ma’ Dale ġol-villa.

Fil-messaġġ tagħha, hija qalet li tinsab grata immens li iltaqgħet miegħu u enfasizzat li ħajjitha ma tkunx l-istess mingħajr Dale. Hija żiedet tgħid; “Irridek f’ħajti għal kollox. Qatt ma rrid inqum mingħajrek.

M’hemm l-ebda kliem biex jiddeskrivi l-avventura li għaddejna minnha u m’hemmx biżżejjed kliem biex nesprimi kemm inħobbok.” Hija temmet tgħid li trid tqatta ħajjitha ma’ Dale.

Sport