Monday, January 13, 2025

Il-2025 EurILCA Master Series tiġi fi tmiemha

Aqra wkoll

Il-2025 EurILCA Master Series, li kien ospitat mir-Royal Malta Yacht Club bil-għajnuna ta’ Yachting Malta, ntemm nhar il-Ħadd wara tlett ijiem ta’kompetizzjoni fl-ibburjdar li laqa 30 baħri minn 14 il-pajjiz.

Il-EurILCA Master huwa ċirkwit prestiġjuż ta’ tlielaq li jsiru matul is-sena f’xi wħud mill-isbaħ postijiet fl-Ewropa. Miftuħa għal parteċipanti li għalqu 30 sena (mill-ewwel tellieqa fl-2025), is-serje tinkludi l-klassi kollha ta’ dgħajjes ILCA: ILCA 7, ILCA 6, u ILCA 4.

Din is-sena timmarka r-raba’ darba li Malta qed tospita dan l-avveniment prestiġjuż, magħmul possibbli grazzi għall-isforzi ddedikati tas-sieħba ewlenin tal-RMYC, Trevor Millar u Alex Denisiuc minn SailCoach.

It-tlielaq bdew taħt xita ħafifa b’riħ li laħaq it-12-il mil nawtiku fis-siegħa. Madankollu, hekk kif bdiet it-tieni tellieqa, ir-riħ żdied,  sa ma laħaq it-22 mil-nawtiku fis-siegħa. Din il-bidla fil-kundizzjonijiet wasslet għal xi rtirar waqt dan l-istadju tal-kompetizzjoni.

Fl-aħħar ġurnata ma kien hemm l-ebda sorpriża jew bidliet kbar fil-klassifiki finali kemm fil-klassijiet ILCA 6 kif ukoll ILCA 7.

Adil Khalid (UAE), minkejja tellieqa finali diżappuntanti, kiseb rebħa komda fil-Klassi ILCA 6 bi vantaġġ ta’ 9 punti fuq Dirk de Bie (CAN) u Max Hunt (GBR). De Bie u Hunt kienu separati b’erba’ punti biss meta kisbu posthom fuq il-podju ġenerali.

Fil-Klassi ILCA 7, Colin Leonard kompla bir-rebħiet tiegħu, b’vantaġġ ta’ 8 punti fuq Mark Lyttle (GBR), li żamm vantaġġ ta’ 2 punti fuq Alan Davis fit-tielet post.

Ir-Royal Malta Yacht Club ospita serata ta’ premjazzjoni, fejn il-Vice Commodore tal-Club Mark Napier enfasizza l-importanza ta’ dawn l-avvenimenti biex il-Club u Malta jkunu vetrina ta’destinazzjoni ewlenija tal-ibburdjar fuq livell internazzjonali.

Preżenti wkoll kien il-Kap Eżekuttiv ta’ Yachting Malta, Michael Mifsud, li tenna dawn is-sentimenti u saħaq fuq l-importanza ta’ dawn l-inizjattivi għal Yachting Malta. Mit-twaqqif tagħha għaxar snin ilu, Yachting Malta ħadmet bla waqfien biex tistabbilixxi l-preżenza ta’ Malta fuq il-mappa globali tal-ibburdjar.

Napier kompla biex jirringrazzja lil SailCoach, sieħba fl-Iskola tal-Ibburjdar tal-RMYC, talli kienu kruċjali sa biex dan l-avveniment jseħħ f’Malta.  Hu kompla jirringrazzja lit-Tim tar-Race Management,  immexxi minn Martin Azzopardi, talli żguraw li l-avveniment kien suċċess minn bidu sa tmiem.

Il- EurILCA Master Series saret taħt l-awspiċi tal-Malta Sailing Federation u EurILCA u bl-appoġġ ta’ Yachting Malta Ltd.

2025 EurILCA Master Series Malta – Riżultati

 ILCA 6ILCA 7
Apprentice Master (30-44)1stAdil Khalid (UAE)Colin Leonard (IRL)
   
Master (45-54) David Surkov (UKR)
   
Grand Master (55-64)1stDirk de Bie (CAN)Mark Lyttle (GBR)
2ndSimon Radford (GBR)Alan Davis (GBR)
3rdChriss Ellyatt (GBR)
   
Grand Master (Women) (55-64)1stDaniela Siepmann (GER)
   
Great Grand Master  (65+)1stMax Hunt (GBR)Roberto Bini (ITA)
2ndMichael Hecky (USA)Michael Hicks ((GBR)
3rdThomas Gyr (SUI)Peter Sherwin (GBR)
   
Great Grand Master (Women) (65+)1stMonica Julie Bodmer (SUI) 
   
Legend (75+)1stTheo van Hilten (NED) 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport