Tuesday, December 24, 2024

Il-bagalji mitlufa jilħqu l-ogħla livell f’10 snin

… jidher iżda li s-sitwazzjoni qed titjieb

Aqra wkoll

Ir-rata ta’ mmaniġġjar ħażin tal-bagalji s-sena li għaddiet laħqet l-ogħla livell f’għaxar snin b’mod globali hekk kif l-industriji tal-ajru kienu għadhom qegħdin jirkupraw mill-effetti tal-pandemija.

Studju wera li madwar 26 miljun bagalja jew intilfu, saritilhom ħsara jew damu ma waslu fl-2022, kważi tmienja minn kull 1,000. Iżda skont informazzjoni ġdida li kiseb il-BBC, din is-sitwazzjoni qiegħda titjieb hekk kif in-numri ta’ passiġġiera qed jerġgħu lura għal-livelli ta’ qabel il-pandemija. 

“Dan kien dovut l-aktar għal iżjed ħaddiema fl-ajruport u anke minħabba t-teknoloġija tal-awtomazzjoni,” qalet il-kumpanija Sita, li tieħu ħsieb is-sistemi tal-IT għal 90% tal-linji tal-ajru. 

Iżda dan ma kien tal-ebda konsolazzjoni għal Chloe, li l-bagalja tagħha ntilfet meta siefret lejn l-Italja mir-Renju Unit għat-tieġ ta’ ħabiba tagħha. Hija kellha tqatta’ l-ewwel sigħat tal-btala tagħha ddur fil-ħwienet biex tixtri xi oġġetti u anke ħwejjeġ.

Ekonomija

Sport