Wednesday, April 24, 2024

Il-baħar “żagħżugħ ta’ dejjem”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Meta tħares lejn dan ir-ritratt ma tistax ma tiftakarx fil-poeżija ta-poeta nazzjonali, Dun Karm Psaila – Żagħżugħ ta’ Dejjem. Dan hu ritratt li ġibed il-fotografu tagħna Roger Azzopardi, li juri il-qilla tal-baħar mill-Majjistral fiċ-Ċirkewwa.

Qilla li minkejja li tbeżżgħak, kapaċi ukoll toffrrilek is-serenità. Tisma’ l-mewġ qisu jrid jaqla’ l-blat. Dun Karm jiddeskrivi l-qilla tal-baħar b’dan il-mod fil-poeżija Żagħżugħ ta’ Dejjem. 

Iżda meta saħħtek
Jogħġbok il-kotra b’xi taqlib tfisser,
U nara ‘l sidrek jikber,
U l-ħalel bojod fuq il-blat titkisser,
Jaqbadni l-biża’, u nibki
Narak taqbad l-iġfien u tilgħab bihom,
Bla xejn ma taħseb, kiefer!
Fid-dmugħ ta’ l-imsejknin li hemm ġo fihom.

Sport