Wednesday, December 25, 2024

Il-bajja tal-Fajtata f’Marsaskala tingħata l-Beach of Quality Status

Aqra wkoll

Il-bajja tal-Fajtata f’Marsaskala hija l-ewwel xtajta fin-nofsinhar ta’ Malta li ġiet iċċertifikata bħala Beach of Quality Status minn Nature Trust. Dan ir-riżultat importanti huwa l-ewwel pass biex il-bajja msemmija tingħata l-Blue Flag Award.

Dawn id-dettalji tħabbru f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo fil-preżenza taċ-Ċermen tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia, is-Sindku ta’ Marsaskala Mario Calleja u l-Kap Eżekuttiv ta’ Nature Trust Vincent Attard.

Dan filwaqt li dawn il-bajjiet reġgħu ingħataw il-Blue Flag Award:

Iż-żoni ta’ Fond Għadir;
Il-Bajja ta’ San Ġorġ;
Qawra Point Beach;
Bugibba Perched Beach;
Il-bajja tal-Għadira;
Golden Bay;
Għajn Tuffieħa;
Paradise Bay;
Westin Dragonara Beach Club;
Ir-Ramla l-Ħamra;
Ħondoq ir-Rummien;
Il-bajja ta’ Marsalforn.

Biex il-bajjiet jingħataw il-Blue Flag, għandhom jiġu ssodisfati diversi kriterji ambjentali, edukattivi u oħrajn relatati mas-sigurtà tal-bajja u l-aċċess.

Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo spjega li dawn ir-riżultati juru li l-ħidma li qed titwettaq qed tissarraf f’bajjiet nodfa u aktar siguri għall-Maltin u l-Għawdxin u għat-turisti li jżuru pajjiżna.

“L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qegħda tinvesti biex tkompli tiddiversifika l-prodott li Malta toffri lit-turist. Fix-xhur tas-Sajf, il-bajjiet tagħna huma fost l-iżjed żoni frekwentati mill-viżitaturi. Għalhekk, il-ħidma li qed inwettqu se tkompli twassal għal aktar riżultati pożittivi.”

Ekonomija

Sport