Monday, December 23, 2024

Il-ballun tal-“Hand of God” jista’ jġib £3 miljuni f’irkant f’Novembru li ġej

Aqra wkoll

Il-ballun li Diego Maradona uża idu biex jiskorja kontra l-Ingilterra fil-famuża “Hand of God”, fil-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja 1986, fil-Messiku, se jiġi rkantat u jista’ jġib mat-£3 miljun. 

Dan il-goal kontroversjali tal-leġġendarju Arġentin – li bih għeleb lill-goalkeeper, Peter Shilton, jibqa’ mniżżel fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja hekk kif l-Arġentina kienu eliminaw lill-Ingliżi fil-kwarti-finali bl-iskor ta’ 2-1. 

Ir-referee ta’ dik il-logħba, it-Tuneżin Ali Bin Nasser, se jbiegħ il-ballun ma’ Graham Budd Auctions, fis-16 ta’ Novembru li ġej,  bl-offerti mistennija jlaħħqq bejn £2.5 miljuni u £3 miljuni.

Dan l-irkant se jsir sitt xhur biss wara  li l-flokk ta’ Maradona li libes waqt l-istess partita,  inbiegħ għal £7 miljun mill-eks midfielder Ingliż Steve Hodge, li kien bidlu mal-player leġġendarju wara t-tisfira finali. Il-prezz li kiseb kien rekord tad-dinja. 

Ali Bin Nasser spjega għaliex issa ddeċieda li jbiegħ dan il-ballun. Huwa qal: “Dan il-ballun huwa parti mill-istorja tal-football internazzjonali – għaldaqstant nemmen li issa huwa l-mument li naqsmu mad-dinja kollha. 

“Fil-Messiku 1986 kont fost it-42 referee tat-tournament. Ir-referees Afrikani ma kellhomx l-istess opportunitajiet bħal dawk fl-Ewropa, u għalhekk li ġejt magħżul biex nikkontrolla logħbiet fl-ogħla palk tal-football mondjali kien ta’ unur kbir għalija. 

“Dwar l-ewwel goal ta’ Maradona ma stajtx nara l-inċident ċar minħabba li ż-żewġ players, Shilton u Maradona, kienu dahrhom lejha. 

Ekonomija

Sport