Friday, November 15, 2024

Il-Ballut… żona ta’ importanza ekoloġika mhedda minn proposta ta’ mħażen

Aqra wkoll

Diversi bdiewa li għandhom ir-raba’ tagħhom viċin iż-żona magħrufa bħala ‘Il-Ballut’ fil-limiti tal-Imġarr. post li jinsab bejn il-Bajja ta’ Għajn Tuffieħa u x-Xemxija, jinsabu imħassbu minħabba proposta ta’ żvilupp. Il-proposta hi għal bini ta’ tlett imħażen fiż-żona tal-Ballut, li hi żona meqjusa bħala ta’ importanza ekoloġika.  Jidher li fost dawk li oġġezzjonaw u qegħdin jitolbu li l-applikazzjoni tkun rifjutata hemm l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.

Bidwi li tkellem ma’ dan is-sit qalilna li “ma nistgħux nifhum kif f’dan il-pajjiż fejn ir-raba’ qiegħed dejjem jonoqs u hemm pressjoni kbira fuq ir-raba’ biex jintuża għal skop rikrejattiv, qed nibqgħu naraw proposti ta’ żvilupp f’żoni li huma barra miż-żona ta’ żvilupp. Dan mhux qed nitkellmu fuq xi żvilupp marbut mal-biedja imma żvilupp industrijali.  Proposta għal bini ta’ tlett imħażen kbar, li żgur li l-bini tagħhom se jaffettwa id-dehra ta’ din iż-żona”.

Il-bidwa qalilna li “nappella biex għaqdiet jitkellmu fuq din il-proposta. M’għandniex inħallu l-Ballut jinqered bil-mod il-mod”.

Minn naħa tagħha l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi iddikjarat li din l-applikazzjoni hi applikazzjoni industrijali f’żona li hi barra miż-żona ta’ żvilupp. L-ERA qalet li hi kontrra li proposta ta’ żvilupp industrijali issir f’żoni li huma barra mill-iżvilupp.

Ekonomija

Sport