Tuesday, May 6, 2025

Il-Banda San Ġużepp tal-Kalkara ordnata tiżgombra minn maħżen tal-armar

… id-deċiżjoni ingħatat wara appell mill-Kurja minn sentenza li kienet ingħatat

Aqra wkoll

Is-Soċjetà Mużikali San Ġużepp tal-Kalkara ġiet ordnata mll-Qorti tal-Appell biex fi żmien tlett xhur titlaq mill-maħżen tal-armar. Dan wara deċiżjoni mill-Qorti li ingħatat illum. 

Kien nhar il-Ħamis 28 ta’ Novembru tas-sena 2024 meta kienet konluża l-kawża li l-Kurja kienet fetħet f’isem il-Parroċċa fuq il-Maħzen tal-armar li jinsab biswit is-Sala Parrokkjali. Dakinhar kien ġie konkluż uffiċjalment li ser jibqa’ jintuża għall-istess għan mis-Soċjetà biex ikompli jinħażen fih, kif dejjem sar l-armar tal-festa titulari. 

Wara li l-Kurja appellat mis-sentenza, illum il-Qorti tal-Appell ordnat lis-Soċjetà Mużikali  tbattal dan l-istess maħzen biex jingħata lura lill-Knisja fi żmien 3 xhur. Is-Soċjeta galet li hi ħasra tisma’ aħbar bħal din meta tikkonsidra l-fatt lis-Soċjetà tuża dan il-maħzen sabiex terfa’ l-armar li jżżejjen it-toroq ewelnin fil-jiem tal-festa tal-Patrun tagħna San Ġużepp li tiġi ċċelebrata mill-Parroċċa tagħna fit-tielet Ħadd ta’ Lulju

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport