Sunday, November 24, 2024

Il-bandli tas-Siġġiewi jingħata dehra ġdida

Aqra wkoll

Il-Bandli ta’ Triq Dr Nikola Zammit fis-Siġġiewi ġie uffiċjalment inawgurat u miftuħ mill-ġdid nhar il-Ħamis 26 t’Ottubru fil-ħdax ta’ filgħodu. Dan kien proġett iffinanzjat mill-Gvern Ċentrali b’somma ta’ €40,000 taħt l-iskema
‘Finanzjament ta’ Proġetti Kapitali – Komunitajiet Isbaħ u aktar bsaħħithom’.

Skema li taqa’ taħt il-Ministeru għal Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali. Nirrangrazjaw lillMinistru Owen Bonnici u s-Segretarju Parliamentari responsabbli għall-Gvern Lokali, l-Onorevoli Alison Zerafa Civelli.

Fis-sajf fejn sar ħafna xogħol fejn tneħħa il-madum tal-lastiku antik, tnadfet l-art u tqigħid ta’ safety flooring tal-lakstu apposta. Saru wkoll xogħlijiet ta’ manutenzjoni mill-ħaddiema tal-Kunsill Lokali Siġġiewi biex l-għamara u l-infrastruttura jieħdu dehra ġdida u jissewwew xi ħsarat li żiluppaw mas-snin.

L-inawgurazjoni saret mis-Sindku Dominic Grech u ġie mbierek mill-arċipriet Dun
Josef Mifsud.

Preżenti kien hemm ukoll il-viċi sindku Rodianne Haber u l-kunsillier Julian Borg,
kif ukoll il-kap tal-Iskola Primarja San Injazju, is-sinjura Natalie Saliba, xi membri
tal-amministrazjoni, għalliema u studenti.

Sport