Sunday, December 22, 2024

Il-Bank Ċentrali Arġentin qed jikkunsidra li jonora lil Lionel Messi b’nota bankarja

Aqra wkoll

Qed teżisti l-possibbiltá li l-Bank Ċentrali tal-Arġentina qed jikkunsidra li “jimmortalizza” lir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja, Lionel Messi, billi jpoġġi wiċċu fuq nota bankarja ta’ 1000 pesos.

Nhar il-Ħadd li għadda,  l-attakkant ta’ 35 sena sa fl-aħħar għolla t-Tazza li kienet l-unika waħda nieqsa mill-vetrina tiegħu hekk kif l-Albiceleste  ġew inkurunati champions tad-dinja wara li għelbu lil Franza 4-2 bl-għoti tal-penalties wara draw ta’ 1-1. 

Minbarra li għamel l-istorja billi sar l-ewwel player li rebaħ darbtejn il-Player tat-Tournament tat-Tazza tad-Dinja, huwa lagħab l-aqwa football tal-karriera tiegħu. 

Fil-fatt, tali kienet l-influwenza u l-ispirazzjoni tiegħu fil-kamp Arġentin, il-Bank Ċentrali  qed jikkunsidra biex jonora lil Messi b’ġest notevoli.

Il-korp governattiv finanzjarju tal-Arġentina qed jikkunsidra modi kif jiċċelebraw ir-rebħ tagħhom tat-Tazza tad-Dinja, u li l-wiċċ ta’ Messi fuq il-karta ta’ 1000 peso jingħad li hija l-għażla preferuta.

Għaliex dan kollu? Minħabba li ċ-ċifra tibda bin-numru 10 – in-numru tal-flokk minn Messi nnifsu.

Hemm ukoll suġġerimenti li “La Scaloneta” – il-laqam tal-manager Lionel Scaloni – tkun iskritta wkoll fuq wara tan-nota bankarja.

Intqal ukoll li d-disinn ta’ wiċċ Messi fuq il-karti tal-flus “iqajjem aktar l-ispirtu tal-poplu Arġentin.”

Ekonomija

Sport