Saturday, December 21, 2024

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jwissi dwar attentat ta’ ffrodar online

Aqra wkoll

Minn MELVIN FARRUGIA

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta qed iwissi li persuna barra minn Malta rċeviet ittra, fejn intalbet tħallas multa b’rabta ma’ flus li kellha fil-kont tagħha u li din il-multa kellha titħallas bi trasferiment fuq kont Bitcoin. 

Spjega kif din l-ittra kellha l-emblema tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, flimkien ma’ dak tal-Awtorità Malta għas-Servizzi Finanzjarji u dan mingħajr il-permess. 

Il-Bank għamilha ċarra li hu ma jibgħatx korrispondenza b’dan il-mod u wissa li din l-ittra ntbagħtet wisq probabbli b’intenzjoni ħażina. Wissa biex kull min jirċievi korrispondenza bħal din joqgħod attent u jirrapporta kwalunkwe ittra suspettuża lill-awtoritajiet ikkonċernati. 

Ekonomija

Sport