Saturday, November 23, 2024

Il-Bank Dinji: l-agħar riċessjoni sa minn żmien it-Tieni Gwerra Dinjija

Aqra wkoll

Minn MELVIN FARRUGIA

Il-Bank Dinji qed jistma li minħabba l-pandemija tal-Coronavirus, l-ekonomija globali se tiċkien b’5.2% matul din is-sena. Dan ifisser li se tkun l-agħar riċessjoni sa minn żmien it-Tieni Gwerra Dinjija. 

Dan it-tbassir ingħata fl-istess waqt li l-gvernijiet madwar id-dinja qed jevalwaw dak li jrid isir biex jgħinu lill-industriji lokali tagħhom. 

Skont ir-rapport tal-Bank Dinji, il-pajjiżi li jiddependu mill-kummerċ globali, mit-turiżmu, mill-esportazzjoni tal-komoditajiet u minn fuq finanzi esterni huma dawk li se jintlaqtu l-aktar matul din is-sena. 

Is-sena d-dieħla jaf jinbidel kollox, iżda jista’ jkun li jekk il-pandemija ddum aktar minn mistenni taf tbiddel kollox. 

Sport