Wednesday, December 25, 2024

Il-Bank of Valletta b’sostenn għall-vulnerabbli

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta introduċa miżuri mmirati biex jgħinu lill-anzjani u lil dawk il-klijenti li ġew avżati biex jibqgħu d-dar mill-awtoritajiet tas-saħħa minħabba x-xenarju COVID-19.

Permezz ta’ dawn il-miżuri, il-Bank qed jiżgura li individwi vulnerabbli jistgħu jkomplu jwettqu l-bżonnijiet bankarji tagħhom permezz tal-assistenza ta’ persuni tal-fiduċja tagħhom.

Il-persuni ta’ fiduċja, f’isem il-persuni anzjani jew il-klijenti vulnerabbli jistgħu:

  • Japplikaw għal BOV Cashlink Card B’XEJN;
  • Jiddepożitaw ċekkijiet/pensjonijiet tagħhom permezz tal-ATMs;
  • Iħallsulhom il-kontijiet permezz tal-BOV Internet jew BOV Mobile Banking;
  • Jittoppjawlhom il-mowbajl permezz tal-BOV Internet jew Mobile Banking jew mill-ATM;
  • Iwettqu tranżazzjonijiet bankarji oħra skont struzzjonijiet bil-miktub

Il-Bank iħeġġeġ lill-klijenti biex jużaw l-BOV Internet jew BOV Mobile Banking meta dan ikun possibbli u biex jiżguraw li l-individwu li ser jgħinhom ikun igawdi l-fiduċja sħiħa. Il-Bank ifakkar lill-klijenti tiegħu li jistgħu jħallsu ukoll għall-ordnijiet u l-konsenji tagħhom permezz tas-servizz tal-BOV Mobile to Mobile payments sabiex jevitaw kuntatt.

Dawn il-miżuri jkomplu jibnu fuq l-impenn tal-Bank of Valletta biex jappoġġja lill-klijenti tiegħu u jipprovdulhom sens ta’ sigurta’ u serħan il-moħħ f’dawn iż-żminijiet diffiċli.

Il-klijenti li għandhom bżonn aktar dettalji dwar dawn il-miżuri huma ġentilment mitluba jibagħtu imejl fuq [email protected] fejn jispeċifikaw it-talba tagħhom, in-numru tal-karta tal-identità, in-numru tal-mowbajl u l-fergħa fejn normalment jinqdew. Jistgħu wkoll iċemplu 2275 3500, mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.00am sal-4.00pm. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-imejl huwa l-mod ta’ komunikazzjoni l-aktar veloċi.

Aktar informazzjoni tinstab fuq https://bov.com/content/senior-citizens-covid

Ekonomija

Sport