Is-sitwazzjoni li tinsab fiha l-Oppożizzjoni Nazzjonalista mmanifestat ruħha wkoll fil-Parlament. Dan hekk kif fid-dibattitu dwar ir-riformi fil-Kummissjoni għal Kontra il-Korruzzjoni, waqt li kien qed jitkellem id-Deputat Laburista Ian Castaldi Paris, ma kien hemm ħadd preżenti minn naħa tal-Oppożizzjoni.
Dan irrimarkah l-istess deputat, li qal li f’dak il-ħin il-bankijiet kienu vojta u ma kien hemm l-ebda membru minn naħa tal-Oppożizzjoni.