Friday, May 3, 2024

Il-BCA tgħid li x-xogħlijiet li kienu qed isiru ma kellhomx l-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjannar

Aqra wkoll

B’referenza għal inċident fi Trejqet San Injazju f’Ta’ Sliema, nhar is-Sibt filgħodu, l-Awtorità tal-Bini u l-kostruzzjoni minnufih bdiet tinvestiga l-każ, fejn irriżulta li l-inċident seħħ f’dar privata hekk kif kienu qed isiru xi xogħlijiet.

Dan qalitu l-BCA fi stqarrija, fejn spjegat ukoll li x-xogħlijiet li kienu qegħdin isiru fil-partijiet ta’ ġewwa tal-proprjetà ma kellhomx l-approvazzjoni kompleta tal-Awtorità tal-Ippjannar.

Dan hekk kif l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjannar kienet għada pendenti, u wisq anqas ma kien hemm applikazzjoni mal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni u għaldaqstant ma kien hemm ebda permess għal xogħlijiet.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport