Wednesday, March 26, 2025

Il-BCA u l-OHSA b’investigazzjoni hekk kif waqa’ saqaf ta’ propjetà li maġenbha hemm sit ta’ kostruzzjoni fil-Mosta 

Aqra wkoll

L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) u l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) qed jinvestigaw inċident fi propjetà residenzjali, fi Triq l-Isperanza, il-Mosta. 

F’dan l-inċident waqa’ saqaf ta’ propjetà li maġenbha hemm sit ta’ kostruzzjoni. Fortunatament, ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident. B’rabta ma’ dan l-inċident, iż-żewġ awtoritajiet flimkien ħarġu ordni sabiex ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jieqfu minnufih. 

Din l-ordni se tibqa’ fis-seħħ sakemm isir assessjar tal-miżuri ta’ sigurtà u konformità mal-liġijiet u r-regolazzjonijiet. Il-BCA u l-OHSA jfakkru u jinkoraġġixxu lill-pubbliku sabiex f’inċidenti u każijiet bħal dawn iċemplu fuq il-linja 138. 

Din il-linja tista’ wkoll tintuża għal kwalunkwe tagħrif dwar siti ta’ kostruzzjoni u kif ukoll saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport