Saturday, December 21, 2024

Il-bdiewa u r-raħħala Ġermaniżi jfakkru li mingħajrhom il-prodotti jridu jiġu impurtati

Aqra wkoll

F’diversi partijiet tal-Ġermanja, fosthom fil-kapitali Berlin, il-bdiewa u r-raħħala komplew jimblokkaw it-toroq b’mijiet ta’ vetturi bħalma huma tractors bi protesta.

Dan wara li l-gvern waqqaf is-sussidji fuq il-fjuwil, liema sussidji tneħħew wara l-Qorti Kostituzzjonali tal-pajjiż iddeċieda li l-baġit għal din is-sena l-ġdida hu llegali. 

F’dawn il-protesti, il-bdiewa u l-assoċjazzjoni li tippreżentahom qegħdin jappellaw lill-Gvern Ġermaniż biex ma jneħħix dawn is-sussidji li huma kruċjali għal dan is-settur li qed jaffaċċja sfidi kbar.

Dawn il-persuni fis-settur tal-agrikoltura dehru jxejru kartelluni kbar bħalma huma “Mingħajrna bla ikel u bla futur” u “Jekk nispiċċaw aħna, il-prodotti tridu timpurtawhom”. Fost il-protesti kbar li ilhom għaddejjin jiem sħaħ, vetturi użati fis-settur intużaw biex jimblukkaw toroq u saħansitra nxtered materjal fit-toroq b’tali mod li l-punt tagħhom ikun ċar li jeħtieġ li tittieħed azzjoni biex jiġi salvagwardjat is-settur.

Ekonomija

Sport