Wednesday, May 14, 2025

Il-bdiewa u raħħala rċevew u se jkomplu jirċievu miljuni ta’ ewro f’sussidji differenti

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo ħabbar li bħalissa qed jitqassmu numru ta’ sussidji lill-bdiewa u raħħala Maltin u Għawdxin għas-sena 2024. Sa issa diġà tħallsu ’il fuq minn €12-il miljun f’pagamenti differenti. Aktar pagamenti ser jibqgħu jinħarġu sa Ġunju li ġej, u għalhekk l-ammont globali ta’ pagamenti lill-bdiewa u raħħala għal-2024 ser ilaħħaq total ta’ kważi €17-il miljun.  

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet tħabbar ukoll li nfetħu numru ta’ applikazzjonijiet għall-bdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin fejn jistgħu jagħmlu t-talbiet għall-ħlasijiet dovuti lilhom, minn skemi marbutin mal-art, jew mal-annimali fil-każ tar-raħħala, li jaqgħu taħt il-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) għal Malta 2023-2027. 

“L-iskemi miftuħa huma kofinanzjati minn Fondi Ewropej u minn fondi nazzjonali, u dawk eliġibbli qed jirċievu l-applikazzjoni rilevanti tagħhom bil-posta d-dar bħalissa. Għalhekk, nixtieq infakkar lil dawk li jirċievu l-applikazzjoni tagħhom biex jissottomettu l-applikazzjoni ffirmata mill-aktar fis possibbli, sabiex kulħadd ikunu jista’ jieħu l-pagament sħiħ u dovut lilu jew lilha,” temm jgħid il-Ministru Refalo.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport