Saturday, September 14, 2024

Il-bdot li pprova jitfi l-magni tal-ajruplan waqt it-titjira jammetti li ħa l-magic mushrooms

Aqra wkoll

Wara li nhar il-Ħadd li għadda ttanta joqtol lill-passiġġieri u l-ekwipaġġ billi allegatament ipprova jitfi l-magni tal-ajruplan waqt titjira, bdot li dakinhar ma kienx xogħol ammetta fil-Qorti li hu kien taħt l-influwenza tas-sustanza magħrufa bħala magic mushroom.

Il-magic mushroom hija sustanza li min jeħodha jibda jisma, jara u jħoss affarijiet li ma jkunux qed iseħħu. Din is-sustanza toħloq ukoll problemi mentali u emozzjonali.

Wara l-arrest tiegħu, il-bdot Joseph David Emerson ta’ 44 sena tressaq il-qorti akkużat bi 83 kapi ta’ akkuża fosthom li ttanta joqtol lill-passiġġieri u l-ekwipaġġ tat-titjira minn Washington lejn San Francisco, l-Istati Uniti.

Permezz tal-avukati tiegħu Emerson qal li kellu viżjoni u li minn hemm ipprova jara kif se jitfi l-magni tal-ajruplan. Qal ukoll li dak il-ħin ħaseb li kien qiegħed joħlom u mhux dak li kien qiegħed jiġri fiir-realta. Żied jgħid li ilu madwar sitt xhur ibagħti minn dipressjoni. 

It-titjira 2059 tal-Alaska Airlines, tal-Ħadd li għadda kienet qegħda ġġorr 80 passiġġier u erba’ membri tal-ekwipaġġ, u kellha tibdel ir-rotta tagħmel inżul ta’ emerġenza fl-ajruport ta’ Portland. Ftit wara l-inżul, il-bdot Emerson ġie arrestat. 

F’kumment li taw lil midja internazzjonali, il-ġirien ta’ Emerson qalu, li Emerson hu missier fantastiku u persuna li jagħmel ħbieb ma’ kulħadd. Huma qalu wkoll li ta’ spiss kienu jarawh iqatta’ ħinu jilgħab ma’ wliedu.

Hekk kif intemmet is-seduta nhar it-Tlieta filgħaxija, il-Qorti tat ordni sabiex il-bdot Joseph David Emerson jinżamm arrestat u miżmum fil-ħabs.

Ekonomija

Sport