Saturday, December 14, 2024

Il-bejgħ ta’ Chelsea: Id-ditta Centricus beħsiebha żżomm it-tmexxija eżistenti

Aqra wkoll

Id-ditta tal-investiment globali, Centricus, qed tiffinanzja offerta oħra Britannika biex tixtri lil Chelsea, u qalet li trid “iżżomm u tappoġġja t-tmexxija eżistenti”.

Il-club tal-Premier League tpoġġa għall- bejgħ mis-sid Russu, Roman Abramovich, qabel ma ġie sanzjonat wara l-invażjoni ta’ pajjiżu fl-Ukrajna.

Din l-aħħar offerta, appoġġjata minn Centricus, li għandha £29 biljun f’assi, fiha bosta detenturi ta’ biljetti ta’ staġun ta’ Chelsea.

Mill-inqas erba’ konsorzji oħra qalu li għamlu offerta biex jixtru l-Blues.

Hemm grupp li fih Sir Martin Broughton u Lord Sebastian Coe, u wieħed immexxi mill-investitur Brittanniku fil-proprjetà, Nick Candy.

L-interess tal-Istati Uniti ġej mill-familja Ricketts, filwaqt li offerta oħra ġejja minn grupp magħmul mill-biljunarju Svizzeru, Hansjorg Wyss, u l-proprjetarju parzjali ta’ Los Angeles Dodgers, Todd Boehly.

Hemm ukoll rapporti li saret offerta minn Saudi Media Group, bid-ditta Amerikana tal-investimenti Raine Group tieħu ħsieb il-bejgħ.

Il-ko-fundatur ta’ Centricus, Nizar Al-Bassam, u l-kap eżekuttiv, Garth Ritchie, qed  imexxu l-offerta, li tinkludi wkoll lill-manager tal-hedge fund, Jonathan Lourie ta’ Cheyne Capital u Bob Finch ta’ Talis Capital.

Fi stqarrija, il-grupp qal li “se jkun impenjat li jappoġġa lil Chelsea u lill-partijiet inte­ressati ewlenin tiegħu biex jiżgura s-suċċess kontinwu tiegħu”.

Żiedet: “Il-finanzjament tagħna għall-ftehim jinkludi finanzjament għat-tlestija tat-tranżazzjoni u finanzjament għall-kapital tax-xogħol meħtieġ għall-operazzjonijiet ta’ kuljum tal-Grupp CFC, fondi meħtieġa biex tinżamm marka globali elite, investiment fil-bażi u fil-inizjattivi tal-football fil-kommunità bħall-akkademja ta’ Chelsea, it-team tan-nisa, il-programm ta’ Żvilupp taż-Żgħażagħ u l-Fondazzjoni Chelsea u investiment strateġiku fil-proprjetà.

“L-intenzjoni hija li nżommu u nappoġ­ġjaw it-tmexxija eżistenti kemm fuq l-operat tan-negozju kif ukoll dak sportiv tal-Grupp CFC. Beħsiebna nżommu d-direzzjoni tal-istrateġija eżistenti.

“B’mod ċar, il-Grupp CFC qed jopera f’kundizzjonijiet ta’ sfida u napprezzaw l-importanza għall-Grupp CFC, il-partitarji u partijiet interessati ewlenin oħra li jiżguraw tranżizzjoni ta’ sjieda bla xkiel u stabbli. Matul dan il-perjodu ta’ tranżizzjoni u minn hemm ‘il quddiem, se niżguraw li jkollna   djalogu frekwenti u miftuħ mal-partijiet interessati ewlenin kollha li jirfed l-impenn fit-tul tagħna lejn il-Grupp CFC u s-suċċess kontinwu tiegħu fil-futur.

“Jekk l-offerta tagħna tirnexxi, Centricus ikun iffukat fuq li jiżgura li l-Grupp CFC ikompli jikseb eċċellenza sportiva, livell għoli ta’ appoġġ kommunitarju, governanza trasparenti, sostenibbiltà finanzjarja, impenn tal-partitarji u kustodja eżemplari.”

Ekonomija

Sport