Sunday, December 22, 2024

Il-Belġjan Jasper Philipsen jirbaħ il-15-il stadju tat-Tour de France.

Aqra wkoll

Iċ-ċiklist Belġjan, Jasper Philipsen (Alpecin–Deceuninck) rebaħ il-15-il stadju tat-Tour de France li sar minn Rodez sa Carcassonne fuq distanza ta’ 202.5 kilometri. 

Huwa rreġistra ħin ta’ 4 sigħat, 27 minuta u 27 sekonda meta fl-aħħar sprint huwa rnexxielu jegħleb grupp ta’ ċiklisti li kien jinkludi lill-kompatrijott tiegħu Wout van Aert (Team Jumbo–Visma), id-Daniż Mads Pedersen (Trek–Segafredo) u s-Slovakk Peter Sagan (Team TotalEnergies) fost oħrajn.

Minkejja li kellu tellieqa diżappuntanti, id-Daniż Jonas Vingegaard (Team Jumbo–Visma) baqa’ jżomm l-ewwel post b’ħin ta’ 59 siegħa, 58 minuta u 28 sekondi, b’vantaġġ ta’ 2 minuti u 22 sekonda fuq is-Slovakk Tadej Pogacar (UAE Team Emirates).  

Ekonomija

Sport