Friday, November 15, 2024

Il-Belġjan Wout van Aert jirbaħ it-tmien stadju tat-Tour de France

Aqra wkoll

Iċ-ċiklist Belġjan, Wout van Aert  (Team Jumbo–Visma), rebaħ it-tmien stadju tat-Tour de France li kien bejn Dole u l-belt Svizzera, Lausanne, fuq distanza ta’ 186.3 kilometri. meta rreġistra ħin ta’ 4 sigħat, 13-il minuta u 6 sekondi. 

Kien tmiem eċċitanti hekk kif grupp ta’ ċiklisti daħlu biċ-ċans li jirbħu din it-tappa hekk kif il-Belġjan rebaħ bi frazzjoni ta’ sekonda. 

Fit-tieni post temm l-Awstraljan Michael Matthews (Team BikeExchange–Jayco) segwit mis-Slovakk Tadej Pogacar (UAE Team Emirates), id-Daniż Andreas Kron (Lotto-Soudal) u t-Taljan Alberto Bettiol (EF Education–EasyPost).

Pogacar baqa’ jżomm il-flokk l-isfar, jiġifieri, il-quċċata tal-klassifika b’ħin 28 siegħa, 56 minuta u 16-il sekonda quddiem Vingegaard … b’vantaġġ ta’ 39 sekonda. 

Is-Sibt isir id-disa’ stadju li jkun bejn il-belt Svizzera Aigle  Chatel fuq distanz ta’ 193 kilometru.

Ekonomija

Sport