Friday, December 13, 2024

Il-Belġju favoriti li jegħlbu l-ostaklu tal-Kanada

Aqra wkoll

Minn Grupp F, l-Erbgħa fit-8.00 pm, il-Belġju jaffrontaw lill-Kanada fejn jibdew favoriti li jiksbu t-tliet punti.

Ikkalissifikat fit-tielet post fl-edizzjoni tal-2018, il-Belġjani ikkwalifikaw għal din l-edizzjoni bħala r-rebbieħa tal-grupp fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni.

Din se tkun l-14-il Tazza tad-Dinja għar-Red Devils, bil-midalja tal-bronż li kisbu fl-2018 tkun l-aqwa klassifikazzjoni tagħhom fit-tournament. Bħalissa huma kklassifikati fit-tieni post tar-rankings tal-FIFA wara l-Brażil.

Il-Kanada kkwalifikaw mill-CONCACAF permezz tal-ewwel post b’differenza ta’ goals aħjar mill-Messiku wara l-istess ammont ta’ punti

Fl-unika dehra l-oħra tagħhom f’Tazza tad- Dinja, lura fl-1986, ma setgħux jagħmluha barra mill-grupp tagħhom, u tilfu l-logħob kollu tagħhom.

Għall-Belġju, Romelu Lukaku ilu ma jilgħab logħba kompetittiva mill-aħħar ta’ Ottubru, u għamel biss ħames dehriet fil-kompetizzjoni­jiet kollha għal Inter dan l-istaġun u x’aktarx jitlef l-ewwel żewġ logħbiet minħabba injury fil-koxxa.

Thomas Meunier ilu nieqes għat-team tiegħu Borussia Dortmund minn nofs Ottubru wara li kiser siequ iżda jidher li rkupra għal kollox.  Leandro Trossard mistenni li jibda wkoll minkejja li sofra injury ħafifa waqt it-taħriġ.

Min-naħa l-oħra għall-Kanada, Stephen Eustaquio u Milan Borjan, iżda ħadu sehem fl-aħħar sessjoni ta’ taħriġ u għaldaqstant huma lesti li jilagħbu.

Ekonomija

Sport