Monday, December 23, 2024

Il-Belġju jibqgħu fil-quċċata fir-rankings tal-FIFA

Aqra wkoll

Ix-xahar ta’ Ottubru kien wieħed impenjattiv fil-football internazzjonali, bil-kwalifiki għat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA 2022 fil-Qatar, partiti ta’ ħbiberija, u r-rounds finali tal-UEFA Nations League kollha fuq l-aġenda. B’kollox intlagħbu 160 partita, li l-impatt tagħhom jidher fil-FIFA/Coca-Cola World Rankings.

Għalkemm il-vantaġġ tagħhom issa jinsab taħt theddida, il-Belġju jibqgħu fuq nett minkejja t-telfiet fin-Nations League kontra Franza (it-3, +1) u l-Italja (ir-4, +1). Fost l-ewwel ħamsa, huma biss Les Bleus u l-Azzurri li tejbu l-posthom.

Il-Brażil baqgħu t-tieni, iżda qed jersqu viċin il-Belġju, 12-il punt biss wara. Intant, l-Ingilterra niżlet żewġ postijiet għall-ħames post.

Ftit aktar ‘l isfel hemm Spanja (7, +1) għad-detriment tal-Portugall (8, -1) huwa wkoll denju ta’ nota, kif ukoll dak tal-Ġermanja (12, +2), li qabżu lill-Istati Uniti (13). L-Urugwaj tilfu l-aktar postijiet fost l-aqwa 20 billi niżlu tliet postijiet fil-15-il post.

Min-naħa ta’ Malta, minkejja d-draw kre­di­tabbli ta’ 2-2 kontra Ċipru wara t-telfa ta’ 4-0 kontra s-Slovenja, inżilna żewġ postijiet u issa ninsabu fil-173.

Malta issa tinsab fil-ħames post mill-aħħar fl-Ewropa, quddiem il-Moldova (181, -1), Liechtenstein (190, -2), Ġibiltà (198, -1) u San Marino (210). Eżatt qabel Malta hemm Andorra (153, +3).

Ekonomija

Sport