Thursday, December 26, 2024

Il-belt ta’ Stuttgart tinħakem minn irvellijiet vjolenti kontra l-Pulizija

Aqra wkoll

Mijiet ta’ persuni niżlu fit-toroq ta’ Stuttgart fil-Ġermanja jieħdu sehem fi rvellijiet ikkaratterizzati minn tfigħ ta’ ġebel u fliexken fil-konfront tal-Pulizija u jkissru vetrini ta’ ħwienet.

Il-Pulizija arrestaw aktar minn 20 persuna b’rabta ma’ dawn l-irvellijiet. Dan filwaqt li aktar minn 10 uffiċjali tal-pulizija kellhom jirċievu kura għall-ġrieħi li sofrew.

Sascha Binder, deputat fi ħdan il-Partit Soċjo-Demokratiku, ikkundannat bil-qawwa kollha l-vjolenza.

“Huwa assolutament inaċċettabbli li qegħdin nassistu għal xeni li jitqabblu ma’ dawk ta’ gwerra ċivili,” saħqet Binder.

It-tensjoni bdiet teskala fis-sigħat bikrin ta’ matul il-lejl dwar operazzjonijiet mill-pulizija kontra l-konsum tad-droga minn ċerti persuni li kienu nġabru fl-akbar pjazza tal-pajjiż, ix-Schlossplatz.

Il-gruppi miġburin fil-pjazza attakkaw lill-pulizija bi stikek u oġġetti oħrajn u anke kissru vetturi tal-pulizija li kienu pparkjati fiż-żona.

Il-pulizija Ġermaniża qed tistma li madwar 500 persuna kienu involuti fl-irvellijiet.

Ekonomija

Sport