Monday, December 23, 2024

Il-belt ta’ Wuhan fl-aħħar ħielsa minn kull każ ta’ persuni infettati bil-Covid-19

Aqra wkoll

Fil-belt Ċiniża ta’ Wuhan, minn fejn bdiet il-pandemija tal-coronavirus, m’hemmx aktar każi ta’ pazjenti infettati bil-Covid-19 fl-isptarijiet. Dan kien ikkonfermat minn uffiċjali tas-saħħa Ċiniżi.

“Illum in-numru ta’ każi attivi ta’ persuni infettati bil-Covid-19 jammonta għal zero. Dan grazzi għall-isofrzi li saru mill-ħaddiema mediċi f’Wuhan u minn madwar il-pajjiż kollu,” qal il-kelliemi għall-Kummissjoni Nazzjonali tas-Saħħa, Mi Feng.

Wuhan kienet irreġistrat 46,452 każ ta’ persuni infettati bil-coronavirus, li jammontaw għal 56% tat-total kumplessiv tal-każi fiċ-Ċina. In-numru ta’ persuni f’Wuhan li mietu kaġun tal-virus jammonta għal 3,869, 84% tat-total tal-vittmi fiċ-Ċina.

Ekonomija

Sport