Wednesday, December 25, 2024

Il-belt Ukrena Mykolaiv issofri bumbardament qawwi ħafna

Aqra wkoll

L-awtoritajiet Ukreni qalu li l-belt ta’ Mykolaiv – li tinsab fin-Nofsinhar tal-pajjiż – sofriet bumbardament “mas­siv” min-naħa tar-Russi. Is-sindku ta’ dan il-belt qal li, “probabbilment dan kien l-ikbar bumbardament ta’ kull żmien” u fih seħħew ħsarat estensivi fuq għadd ta’ djar residenzjali. Ħsarat kbar kienu rrapportati wkoll f’lukanda, ċentru sportiv u żewġ skejjel. Mykolaiv tinsab qrib ħafna tal-port ewlieni Ukren Odesa, u din mhix l-ewwel darba li din iż-żona sfat vittma ta’ attakki Russi.

Min-naħa tiegħu, il-Gver­natur ta’ Sevastopol – fil-Krimea – Mikhail Razvozhayev allega li dan il-bumbardament kien risposta għal attakk bi drones li l-Ukrajna wettqet fuq il-kwartieri navali Russu fil-Baħar l-Iswed. Iżda l-uffiċjal għoli Ukren, Serhiy Bratchuk, ċaħad dak li qal Mikhail u saħaq li l-attakk Russu kien “provokazzjoni”. 

Serhiy qal li, “il-liberazzjoni tal-Krimea tagħna se ssir b’mod differenti u b’mod iktar effiċjenti.” Ir-Russja kienet annessat bil-forza l-Krimea lura l-2014. Dan kien ġab il-kundanna tal-komunità internazzjonali.

Ekonomija

Sport