Saturday, November 23, 2024

Il-Belt Valletta tkompli tieħu l-ħajja permezz tal-ftuħ mill-ġdid tal-bars u postijiet oħra

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ilbieraħ il-Belt Valletta kompliet tieħu l-ħajja fejn għall-ewwel darba fl-aħħar ġimgħat infetħu mill-ġdid il-bars u postijiet oħra ta’ divertiment.

Iċ-Chairman tal-Valletta Cultural Agency, Jason Micallef, laqa’ b’sodisfazzjoni l-entużjażmu għar-ritorn mill-ġdid lejn in-normalità anke jekk dan il-proċess se jsir bil-mod il-mod.

Huwa qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru diversi attivitajiet u inċentivi bil-għan li l-belt tirkupra kemm jista’ jkun malajr mid-daqqa kiefra li qalet minħabba s-sitwazzjoni li ġabet magħha l-imxija tal-Coronavirus.

Huwa temm jgħid li l-ħidma tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta se tkun daqs jekk mhux aktar minn qatt qabel.

Sport