Thursday, December 26, 2024

“Il-benefiċċju għall-ġenituri se jingħata għal xahar ieħor”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Familja, Solidarjeta Soċjali u Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon ħabbar li tnejn mill-erbgħa skemi ta’ għajnuna soċjali se jitwaqqfu din il-ġimgħa mentri t-tnejn l-oħra se jibqgħu fis-seħħ sal-bidu ta’ Lulju.

L-erba’ skemi daħlu fis-seħħ bħala għajnuna b’rabta mal-Covid19 imma bl-aħħar rilaxx ta’ miżuri, li se jara numru ta’ persuni jirritornaw għax-xogħol minn għada, tnejn minnhom mhux se jibqgħu jinħtieġu.

Dawn huma l-iskema għall-persuni b’diżabilita u dik b’rabta mal-kundizzjoni medika li se jingħalqu din il-ġimgħa proprju għax dawk li kienu qed jirċevuhom jistgħu jidħlu għax-xogħol.

Iż-żewġ skemi l-oħra, dik għall-ġenituri li ma jistgħux jaħdmu mid-dar u qegħdin jieħdu ħsieb lit-tfal kif ukoll dik tal-benefiċċju miżjud għan-nuqqas ta’ impjieg, se jibqgħu xahar ieħor.

Ekonomija

Sport