Saturday, December 21, 2024

“Il-bhejjem li rajt quddiemi juru kemm il-Maltin kapaċi jieħdu ħsieb dawn il-ħlejjaq” – Fr Joe Henry Abela

Aqra wkoll

Dalgħodu biswit il-kappella tal-Kunċizzjoni, Rabat, sar it-tberik tal-annimali fejn bosta persuni u familji ħadu lill-annimali tagħhom biex jitbierku lejliet il-festa ta’ Sant’Anton Abbati.

Fr Joe Henry Abela qal it-talba tat-tberik tal-annimali u bierek id-diversi bhejjem.

F’kummenti ma’ talk.mt, Fr Joe Henry Abela sellem lil dawk li xtaqu jieħdu magħhom il-bhejjem biex iberkuhom imma għal xi raġuni jew oħra ma setgħux.

YouTube video

“Kelna żminijiet iebsin fejn ma stajniex niltaqgħu bħala ħbieb jew inkella qraba, imma f’dak iż-żmien iebes kelna lill-bhejjem li setgħu jżommulna kumpanija u jżommulna moħħna frisk,” qal Fr Abela filwaqt li osserva l-fatt li dan qed isir ġurnata qabel ma tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Sant’Anton Abbati.

Huwa żied jgħid: “Ftakru, fid-dinja iżjed ma niltaqgħu bilgħaqal, iżjed inkunu b’saħħitna u jkollna xi jkollna fil-ħajja tagħna, ma nkabbruhix. Jekk nitkellmu ma’ xi ħadd, l-affarijiet jinbidlu. Jibqgħu l-istess imma f’qalbna ma jkollnix daqshekk uġigħ.”

Huwa temm jgħid: “Il-bhejjem li rajt illum, minn għasafar sa żwiemel u dwieb huma ħelwin u jimlew bi qlubija, kuraġġ, li hawn nies Maltin li kapaċi jieħdu ħsieb dawn il-ħlejjaq.”

Ekonomija

Sport