Il-Prim Ministru Robert Abela qal li llum ħafna ħadu nifs kbir jisimgħu dwar l-impenn imġedded tal-President tal-Istati Uniti biex bħala dinja nwettqu l-bidliet meħtieġa.
Permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, Abela qal li l-bidla fil-klima hi sfida globali li quddiemha m’hemmx żgħar jew kbar.
“L-isfida hi kbira. Iżda, l-istess it-tama li nibdluha f’opportunitajiet,” stqarr Abela.
Il-Prim Ministru Robert Abela dalgħodu wasal fi Glasgow fl-Iskozja biex jattendi għall-konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti COP26 bil-għan li jintlaħaq qbil biex jiġu evitati l-effetti diżastrużi tat-tibdil fil-klima
Mal-wasla tiegħu huwa ġie milqugħ mill-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson u s-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, António Guterres.