Matul il-lejl li għadda s-sitwazzjoni fir-Russja kienet qiegħda tinbidel minn ħin għal ieħor hekk kif il-Grupp Wagner ħabbru li kienu ħadu taħt il-kontroll tagħhom il-belt ta’ Rostov-on-Don.
Mill-ewwel il-midja internazzjonali bdiet tirraporta li fir-Russja kien beda kolp ta’ stat minħabba li dan il-grupp baqa’ miexi biex jieħu taħt il-kontroll tiegħu aktar villaġġ u bliet.
Kmieni dalgħodu l-President Russu Putin indirizza lin-Nazzjon fejn qal li dan hu żmien ta’ tensjoni kbira għal politika Russa. Hu sejjaħ dak li ġara matul il-lejl bħala tradiment lejn il-pajjiż u se jkun qiegħed jara li dawn responsabbli minn dak li ġara li jaffaċjaw il-ġustizzja.
Il-mexxej tal-grupp Wanger, Prigozhin sejjaħ lil poplu Russu biex iqum kontra l-armata. S’issa l-grupp Wanger kien qiegħed jopera mill-Ukranja u fil-fatt kien anke jattakka lil forzi Ukreni. Jidher li dallejl il-militanti ta’ dan il-grupp qasmu l-fruntiera u bdew “assedju” fuq ir-Russja.