Thursday, December 26, 2024

Il-biljunarju Iranjan-Amerikan, Jahm Najafi, interessat li jixtri lil Tottenham Hotspur

Aqra wkoll

Il-biljunarju Iranjan-Amerikan, Jahm Najafi, qed iħejji grupp ta’ investituri biex iniedi offerta ta’£3.1 biljun bex jixtri l-club ta’ Tottenham Hotspur. 

Najafi – li hu president tal-MSP Sports Capital – qed jaħdem ma’ konsorzju biex jipprepara l-istruttura tal-offerta enormi hekk kif l-grupp mistenni javviċina lis-sid ta’ Spurs Joe Lewis u ċ-chairman Daniel Levy fil-ġimgħat li ġejjin.

L-offerta hija maħsuba biex Najafi u MSP ikollhom 70% tal-kapital, filwaqt li oħrajn jikkontribwixxu t-30% li jifdal – b’dawn is-sostennijiet x’aktarx jiġu mill-Golf, u partikolarment minn Abu Dhabi.

Madankollu, il-club ta’ Tottenham  mhuwiex l-uniku club li Najafi huwa interessat li jixtri hekk kif għandu f’moħħu li jinvesti fi club ieħor tal-Premier. 

Ekonomija

Sport