Il-biljunarju Ingliż Sir Jim Ratcliffe żvela li l-familja Glazer “ma tridx tbigħ’ il-club ta’ Manchester United”.
Il-partitarju tar-Red Devils, Ratcliffe, iddikjara li kien interessati li jixtri l-klabb fis-sajf li għadda wara li l-Glazers kienu qed ifittxu investiment ġdid u kienu lesti li jbiegħu sehem minoritarju.
Ratcliffe kien ikkwotat li qal: “Jekk il-club huwa għal bejgħ, jien definittivament inkun xerrej potenzjali.
“Jien ilni partitarju ta’ Manchester United matul ħajti kollha, u kont saħansitra preżenti għall-finali tal-UEFA Champions League, fl-1999, f’Barċellona, kontra Bayern Munich. Dik ir-rebħa tibqa’ ttimbrata f’moħħi sakemm immut
Iżda Manchester United huma proprjetà tal-familja Glazer li ltqajt magħhom. Nista’ ngħid li huma nies ta’ integritá kbira … iżda ma jridux ibigħu … u ħadd ma jista’ jagħmel xejn.
Il-club huwa proprjetà tal-aħwa kollha u għandhom kull dritt li ma jbiegħux. Iżda ma nistgħux noqogħdu bilqiegħda nittamaw li xi darba Manchester United isiru disponibbli” spjega jgħid.