Wednesday, December 25, 2024

Il-biljunarju Tork Muhsin Bayrak f’taħditiet biex jixtri l-club ta’ Chelsea

Aqra wkoll

Il-biljunarju Tork, Muhsin Bayrak, sostna li jinsab f’taħditiet mal-avukati ta’ Roman Abramovich dwar ix-xiri ta’ Chelsea wara li l-club tpoġġa għall-bejgħ aktar kmieni din il-ġimgħa.

L-Erbgħa Abramovich ħabbar aħbar sensazzjonali li kien qed ifittex li jbigħ lill-Blues wara kważi 20 sena bħala sid.

Ir-Russu ħa d-deċiżjoni li jtemm ir-renju tiegħu ta’ 19-il sena fi Stamford Bridge fost l-invażjoni tal-Ukrajna minn pajjiżu, li qajmet mistoqsijiet fil-parlament tal-Ingilterra dwar li potenzjalment jimponi sanzjonijiet fuqu.

B’riżultat ta’ dan, Abramovich issa qed iċedi l-assi kollha tiegħu f’Londra qabel ma l-gvern Ingliż jista’ jippenalizzah, inkluż lill-club tiegħu Chelsea.

Il-bilunarji Amerikani u Żvizzeri Todd Boehly u Hansjorg Wyss dehru favoriti biex jilħqu l-prezz li kien qed jitlob li kien dak ta’ £3biljun, iżda issa Bayrak sostna li se jkun ‘tajjar il-bandiera Torka f’Londra dalwaqt’.

‘Qed ninnegozjaw it-termini tax-xiri ta’ Chelsea mal-avukati ta’ Roman Abramovich,’ qal in-negozjant, li l-familja tiegħu hija waħda mill-aktar importanti fit-Turkija.

‘Qegħdin fil-fażi ta’ negozjar għall-firem. Dalwaqt intajru l-bandiera Torka f’Londra.

‘Għamilna l-offerta tagħna. Minħabba l-gwerra mar-Russja u l-Ukrajna fid-dinja. Minħabba li jsibu t-Turkija sigura, iridu jiksbu ħafna mill-flus ta’ wara l-bejgħ fit-Turkija.

‘Qed nippjanaw li niffirmaw dalwaqt.’

Bayrak huwa l-mexxej tat-Tribu Mutki ta’ Bitlis, waħda mill-akbar familji fit-Turkija, kif ukoll president tal-Bord ta’ AB Group Holding, li għandu investimenti fis-setturi tal-kripto, kostruzzjoni, turiżmu u enerġija.

Ekonomija

Sport