Friday, December 13, 2024

Il-bini tal-parlament tal-Afrika t’Isfel maħkum minn nirien

Aqra wkoll

Nirien kbar ħakmu lill-bini tal-parlament ġewwa l-kapitali tal-Afrika t’Isfel Cape Town. Filmati li xxan­dru fuq il-midja kienu juru duħħan iswed u fjammi tan-nar ħerġin mis-saqaf tal-binja.

Għexieren ta’ ħaddiema tat-tifi tan-nar kkumbattew in-nirien li damu jaqbdu għal numru ta’ sigħat. S’issa għadu mhux magħruf x’ikkawża dawn in-nirien. 

Dan il-każ seħħ ftit tas-sigħat biss wara l-funeral statali tal-Arċisqof Desmond Tutu li sar fil-Katidral ta’ San Ġorġ li jinsab qrib tal-bini tal-parlament.

Uffiċjali li tkellmu mal-mid­ja qalu li partijiet mis-saqaf tal-binja ġġarrfu, u qalu li l-alarms ta’ kontra n-nirien għal xi raġuni ma ħadmux. L-istess uffiċjali qalu li l-binja ġarrbet għadd ta’ ħsarat strutturali li huma tat-tħassib.

Ekonomija

Sport