Tuesday, November 12, 2024

Il-bioterroriżmu … investigaturi mħassbin

Aqra wkoll

Minn VICTOR VELLA

Hekk kif bħalissa il-pajjiżi Ewropej u pajjiżi oħra madwar id-dinja jinsabu iffukat fuq l-imxija tal-COVID19, investigaturi u uffiċjali tas-sigurtà għandhom ħarsithom banda oħra. Sorsi qrib uffiċjali tas-sigurtà f’pajjiżna li tkellmu ma’ Inewsmalta saħqu fuq kif l-akbar problema li qed jaraw fil-preżent mhix dik marbuta mal-COVID19, imma l-fatt li dak li ħolqot il-COVID19 se jwassal biex se jiżdied ir-riskju minn terroriżmu bioloġiku.

Sorsi li tkellmu magħna qalilna li “ħarsitna tinsab lil hinn minn dak li għaddej bħalissa. Bħala pajjiż u mhux aħna biss imma l-pajjiżi l-oħra ukoll, issa jridu jkunu ippreparati minħabba li r-riskju ta’ terroriżmu bioloġiku issa qed jiżdied. Issa ma nistgħux neskludu attakki bioloġiċi minn viruses jew bacteria. Il-COVID19 uriet li attakk simili, se jagħmlu ferm aktar impatt u ħsara”.

L-istess sorsi qalulna li “qegħdin nippreparaw għal dawn. Għandna preparamenti ippjanati, fejn se nkunu qed nippjanaw taħriġ u anke naġġornaw dak li għandu jsir f’każ ta’ attakki simili. Nistgħu ngħidu ukoll li anke bejn il-pajjiżi din il-kwistjoni qed tkun fuq l-aġenda ukoll”.

L-istess sors qalilna li hu fatt li llum kull pajjiż hu vulnerabbli għal terroriżmu bioloġiku.

Saħaq li “diġa qegħdin jinħarġu rapport dettaljati li juru li dak li seħħ bil-COVID19, jista’ jkollu impatt sinifikanti fuq it-terroriżmu madwar id-dinja. It-tħassib hu li l-effett devastanti li ħoloq il-COVID19 jista’ jwassal biex it-terroristi jitfgħu ħarsithom fuq it-terroriżmu bioloġiku.

L-istess sors qalilna li “nistgħu ngħidu li miċ-Ċentru tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard tal-Unjoni Ewropea diġa qed twassal il-messaġġ  li l-awtoritajiet tas-saħħa mhux biss iridu ikunu ippreparati għall-pandemija li jmissi, imma anke għal theddid bioloġiku u theddid ieħor. Qed nitkellmu fuq allarm kmieni biex b’hekk jidħlu mill-ewwel miżuri li jipproteġu”.

Jisħaq li “fost il-preparamenti li rridu naraw f’pajjiżna hu dak li jkun hemm intensive care units ippreparati biex jibdew jiffunzjonaw u ilbies protettiv. 

Ekonomija

Sport