Saturday, December 21, 2024

Il-BirdLife tgħid li rċeviet rapporti ta’ kaċċa llegali fuq gamiema

Aqra wkoll

Fi stqarrija, l-NGO BirdLife Malta allegat li fl-aħħar jiem hi diġà rċwviet rapporti ta’ kaċċa llegali fuq il-ġamiem li fi kliemhom din hija “tajra protetta”. Kompliet tgħid li dan ma jawgurax tajjeb għall-jiem li ġejjin hekk kif aktar ġamiem se jkun qiegħed ipassi u jasal f’pajjiżna.

BirdLife Malta għamlet referenza għall-ittra li hi kitbet lill-Kummissarju Ewropew għall-Ambjent Virginijus Sinkevičius, li ssejjaħ biex “tittieħed azzjoni fuq dan l-abbuż sfaċċat mid-Direttiva tal-UE dwar l-Għasafar.” Fl-ittra l-BirdLife tikteb ukoll dwar li “m’hemm l-ebda ġustifikazzjoni għall-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa.”

BirdLife Malta qalet li minbarra l-Gamiema feruta, BirdLife Malta u l-pulizija rċivew ukoll żewġ Bagħdan Aħmar, Agrett Abjad u saħansitra Gawwija Prima b’ċurkett Taljan li faqqset fi Sqallija s-sena l-oħra.

Il-Kap tal-Konservazzjoni ta’ BirdLife Malta Nicholas Barbara qal: “Din is-sena qed naraw żieda drastika fl-għasafar protetti li qed jinstabu mill-pubbliku wara li jitniżżlu illegalment mill-kaċċaturi – indikazzjoni ta’ kemm huwa mifrux il-qtil illegali tal-għasafar ikkaġunat mill-komunità tal-kaċċaturi. Meta tqabbel l-aħħar tliet snin mill-1 ta’ Jannar sal-lum toħroġ xejra ċara ta’ żieda fin-numri, u dawn ikomplu jiżdiedu aktar meta jkollok staġun tal-kaċċa li jaħbat mal-passa ta’ għasafar protetti. Wieħed irid jiftakar ukoll li l-għasafar feruti jew maqtula li niġbru jkunu biss qatra f’oċean, għax ħafna għasafar oħrajn li jisparaw fuqhom ma jinstabu qatt”. 

Ekonomija

Sport