Monday, November 3, 2025

‘Il-bodybuilding jgħinek tkun determinat u ta’ karattru b’ċerta dixxiplina li jgħin ukoll għas-saħħa mentali’ – Kimberly Gauci

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-bodybuilding?

Ili nittrenja l-gym għal dawn l-aħħar tliet snin u meta wasalt fejn xtaqt navvanza f’xi sport. Il-vjagg tiegħi beda meta mort nara kompetizzjoni tal-bodybuilding u minn hemm tħajjart biex nieħu sehem. Bl-għajnuna tal-kowċ Nikolai Camilleri irnexxieli nasal għall-ħolma li xtaqt nikseb.

X’suċċessi maġġuri ksibt fil-karriera tiegħek sa issa bħala atleta?

Din kienet l-ewwel kompetizzjoni tiegħi fil-bodybuilding bħala ‘fit model category’. Inħossni li wasalt għal din il-kompetizzjoni diġá unur għalija minħabba d-dixxiplina u d-determinazzjoni li tgħaddi minnha.

Kif tqis il-livell tal-bodybuilding f’pajjiżna fil-preżent?

Bħala sport tal-bodybuilding, hawn Malta għadu mhux rikonuxxut biżżejjed. Biss dan l ahhar qed jiżdied għax iż-żgħażagħ tal-lum huma iktar imħajrin li jittrenjaw dan l-isport.  Għandna bżonn iktar għarfien dwar dan l-isport speċjalment fil-qasam tan-nisa.

U dak tar-riżorsi fejn intom l-atleti titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet uffiċjali tagħkom?

Il-gyms qed jiżdiedu f’kull lokalitá u l-livell għola kemm bħala makkinarju u  anke bħala taħriġ. B’hekk l-atleta jkollha l-opportunitajiet kollha li titħarreġ b’ mod iktar avvanzat.  L-Għaqda tal-IFBB torganizza l-kompetizzjonijiet ta’ dan l- isport fejn l-atleti ta’ Malta jkunu jistgħu jikkompetu ma’ atleti barranin.

Kif tqis il-mentalitá tal-isport f’pajjiżna?

Il-mentalitá f’dan il-qasam tal-isport għadha ftit lura għax għandna bżonn iktar informazzjoni. L-għarfien fil-bodybuilding qed jiżdied għax il-mentalit qed tinbidel mhux biss li jsir iktar taħriġ ġo gyms imma d-dieta hija parti kbira f’dan l-isport.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-bodybuilding?

Ħa nibqa’ naħdem biex intejjeb lili nnifsi dejjem aktar f’dan l-isport biex ‘il quddiem forsi nkun nista’ nerġa’ nikkompeti.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-bodybuilding.

Dan huwa sport mhux biss għal kif tidher, imma jgħinek tkun determinat u ta’ karattru b’ċerta dixxiplina li jgħin ukoll għas-saħħa mentali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport