Tuesday, November 18, 2025

‘Il-bodybuilding mhux biss sport li jgħinek tibni l-muskolu, imma jippreżentalek sfidi li jeħduk lil hinn mill-ħadid fil-gym’ – Sarah Agius

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-bodybuilding?

L-imħabba tiegħi lejn il-bodybuilding bdiet snin ilu meta kont inkun qe niġri fuq it-treadmill ġewwa l-gym u nara n-nies, partikolarment nisa, mmuskolati jerfgħu l-ħadid.

X’suċċessi maġġuri ksibt fil-karriera tiegħek sa issa bħala atleta?

Din kienet l-ewwel darba tiegħi li ħadt sehem f’kompetizzjoni tal-bodybuilding u ġejt l-ewwel fil-kategorija Masters, fil-kategorija Bikini fuq livell nazzjonali.

Kif tqis il-livell tal-bodybuilding f’pajjiżna fil-preżent?

Jien naħseb li fil-qasam tal-bodybuilding hawn nisa u rġiel jippromettu u hawn żgħażagħ li għandhom potenzjal.

Kif tqis il-mentalitá tal-isport f’pajjiżna fil-preżent?

Jien naħseb li għad baqgħalna fejn naħdmu akar. Hemm bżonn li tinħoloq iktar kuxjenza fuq kif l-isport jgħin lill-bniedem inġenerali partikolarment fejn tidħol saħħa mentali, biex innaqqsu l-problemi li ġġib magħha l-obesita’ u nikkumbattu vizzji diversi. Bħala nazzjon naħseb li għad fadal ħafna xi jsir, eżempju x’għandna nieklu u r-relazzjoni tagħna mal-ikel.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-bodybuikding?

Futur ikkulurit u pożittiv.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-bodybuilding.

ollkom il kompetizzjonijiet ufficjali taghkom? Kif tqis il-mentalita tal-isport f’p

Il-bodybuilding mhux biss sport li jgħinek tibni l-muskolu, imma jippreżentalek sfidi li jeħduk lil hinn mill-ħadid fil-gym. Ibda, kun konsistenti, kun paċenzjuż u meta jiġu mumenti ta’ qtigħ il-qalb u dubju ftakar li dawk huma l-mumenti li jgħinuk tinbena f’persuna iktar b’saħħtek mentalment.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport