Sunday, December 22, 2024

“Il-booster joffri mill-anqas 85 fil-mija protezzjoni kontra mard sever” – Riċerkaturi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Riċerkaturi fl-Ingilterra komplew bl-analiżi tal-impatt tal-booster fuq il-virus tal-Omicron. L-istess riċerkaturi qegħdin jgħidu li l-booster tista’ tipprovdi protezzjoni ta’ mill-anqas 85 fil-mija kontra mard sever.

Dan ifisser li l-protezzjoni mogħtija hija ftit anqas minn dik li t-tilqim l-ieħor ta kontra verżjonijiet oħra tal-virus. Minkejja dan, jidher li l-booster xorta waħda jista’ jnaqqas ir-riskju li jiżdiedu b’mod drastiku l-persuni fl-Isptarijiet.

Intant fl-aħħar sigħat fl-Ingilterra ngħataw 861,306 doża tal-booster. 

It-tim ta’ riċerkaturi minn Imperial College f’Londra qalu li dan l-istudju huwa limitat skont l-informazzjoni li hemm s’issa rigward dan il-varjant. Żiedu jgħidu li għad hemm grad għoli ta’ inċertezza minħabba li l-informazzjoni globali dwar il-varjant hija waħda limitata u li aktar informazzjoni dwar dan il-varjant li qiegħed jinfirex tant malajr, mistennija tkun żvelata fil-jiem li ġejjin.  

Ekonomija

Sport