Saturday, December 28, 2024

Il-Bord tal-Kulleġġ u r-Rettur jgħidu li Mallia tkeċċa minħabba kwistjonijiet li ilhom jinġemgħu

Jiċħdu kategorikament l-allegazzjonijiet li bħalissa qed jiċċirkolaw pubblikament

Aqra wkoll

F’dikjarazzjoni maħruġa aktar kmieni, Il-Bord tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir u r-Rettur ċaħdu kategorikament l-allegazzjonijiet infondati li bħalissa qed jiċċirkolaw pubblikament u li dehru fuq ċertu mezzi tal-xandir, jiġifieri li s-Sur Mario Mallia tkeċċa minħabba kwistjonijiet dwar policies tal-inklużjoni.

Fid-dikjarazzjoni li għamlu huma qalu wkoll li t-terminazzjoni tal-impjieg hija riżultat ta’ diversi kwistjonijiet maniġerjali u proċedurali li ilhom jinġemgħu, u li b’dispjaċir baqgħu ma ġewx risolti.

Komplew biex jgħidu li għal bosta snin l-istess Provinċja Dumnikana Maltija sostniet finanzjarjament u b’diversi modi oħra l-operat tal-Kulleġġ, u dan anke fiż-żmien meta s-Sur Mallia kien surmast. Sa mit-twaqqif tiegħu 74 sena ilu, il-Kulleġġ kien diġà joffri edukazzjoni lil studenti minn kull oqsma tal-ħajja. Għal żmien twil il-Provinċja rat li tassisti familji u studenti li ma kellhomx mezzi biex iwettqu l-edukazzjoni ta’ wliedhom. Il-Bord tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir dejjem kellu għal qalbu kull policy li ttejjeb il-ħajja tal-istudenti, tal-familji u tal-edukaturi kollha, inklużi policies ta’ inklussività li dejjem ħaddnet u li ser timbotta ’il quddiem fis-snin li ġejjin bl-istess viżjoni u perseveranza. Sostnew ukoll li huma jħossuhom marbutin bi dmir, u l-Board jibqa’ kommess għall-għan ewlieni tiegħu li jiżgura l-edukazzjoni u l-benesseri ħolistiku ta’ kull persuna afdata lilu.

Huma temmew id-dikjarrazjoni tagħhom billi qalu li għadu mhuwiex il-mument opportun li jiddisikutu fil-pubbliku dawn il-ħwejjeġ u se jagħmlu dan meta jkun il-waqt.

Ekonomija

Sport