Il-Bord tal-Protesti tal-Malta Football Association ma laqax protest ippreżentat minn Mosta FC b’rabta mal-partita tagħhom tal-BOV Premier League kontra Sirens li ntlagħbet is-Sibt 3 ta’ Frar 2024.
Ir-riżultat fil-grawnd kien dak ta’ 0-0, wara li Mosta FC kienu ressqu l-protest fejn talbu li r-riżultat jiġi ddikjarat null minħabba l-allegata ineliġibilità ta’ plejer ta’ Sirens FC.
Il-klabb sostna li Sirens FC kienu rreġistraw magħhom numru ta’ plejers mhux home grown iktar mill-massimu permess ta’ 14-il plejer.
Wara d-deċiżjoni tal-Bord tal-Protesti, ir-riżultat tal-partita msemmija jibqa’ dak ta’ 0-0.