Il-Bank of Valletta qed isaħħaħ l-impenn tiegħu għat-tkabbir sostenibbli tan-negozju permezz tal-SME Grow Green Loan, imfassal biex jgħin lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) fit-transizzjoni tagħhom biex joperaw b’mod aktar ambjentali. Mark Scicluna Bartoli, Head of Product Development tal-BOV, saħaq dwar dan matul il-preżentazzjoni tal-MHRA BOV Deloitte Q4 2024 Hospitality Performance and European Hospitality Industry and Investment Survey, ftit ġimgħat ilu.
Il-BOV jirrikonoxxi li għall-SMEs, l-aċċess għall-finanzjament għal proġetti sostenibbli jista’ jkun ta’ sfida. Il-BOV SME Grow Green Loan huwa mfassal speċifikament biex itaffi dan il-piż finanzjarju, filwaqt li jiżgura li n-negozji li jinvestu f’inizjattivi favur l-ambjent jibbenefikaw minn kundizzjonijiet aħjar ta’ self. Dan il-prodott, li joffri rata tal-imgħax aktar baxxa, iħeġġeġ lill-SMEs jieħdu passi deċiżivi biex inaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju u l-impatt ambjentali tagħhom.

Vantaġġ ewlieni ta’ dan is-self huwa li permezz tiegħu l-investimenti ambjentali jsiru aktar affordabbli. L-SMEs jistgħu jibbenefikaw minn tnaqqis ta’ 1 % fir-rati tal-imgħax. Dan jagħmilha soluzzjoni aktar effettiva għal sistemi effiċjenti fl-enerġija, proġetti tal-enerġija rinnovabbli, jew inizjattivi oħra li jnaqqsu l-karbonju. Din l-inizjattiva tikkumplimenta l-Istrateġija Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza (ESG) tal-BOV fil-kontribuzzjoni għall-miri sostenibbli ta’ Malta.
Mark Scicluna Bartoli saħaq fuq l-importanza li s-sostenibbiltà tiġi integrata fl-istrateġiji tan-negozju, filwaqt li enfasizza kif il- BOV SME Grow Green Loan jista’ jgħin lill-SMEs jirnexxu f’xenarju ekonomiku li qed jinbidel.
Il-Bank jaħdem mill-qrib man-negozji sabiex jifhem il-pjani ta’ transizzjoni tagħhom, u jgħinhom jesploraw għażliet li jistgħu jinkludu finanzjament bankarju u inċentivi tal-gvern. B’dan l-approċċ proattiv, il-BOV jiżgura li n-negozji jirċievu l-għarfien espert u r-riżorsi meħtieġa biex jieħdu deċiżjonijiet informati dwar l-investiment.
Hekk kif in-negozji qed jiffaċċjaw pressjoni dejjem akbar biex jadottaw prattiċi aktar ambjentali, il-BOV qed jipprovdi l-appoġġ finanzjarju u s-servizzi ta’ konsulenza meħtieġa biex din it-tranżizzjoni ssir possibbli.
Għal aktar informazzjoni dwar il-BOV SME Grow Green Loan, in-negozji jistgħu jżuru www.bov.com jew jagħmlu kuntatt mal-BOV Business Development Unit fuq 2275 7111 jew permezz ta’ email fuq [email protected].