Thursday, February 20, 2025

IL-BOV IFAKKAR IL-ĠURNATA INTERNAZZJONALI TAN-NISA U L-BNIET FIX-XJENZA

Ix-Xjenza tad-Dejta u l-Intelliġenza Artifiċjali Jfasslu l-Futur tal-BOV

Aqra wkoll

It-Tlieta, 11 ta’ Frar, il-Bank of Valletta kkommemora l-Jum Internazzjonali tan-Nisa u l-Bniet fix-Xjenza. B’hekk huwa saħħaħ l-impenn tiegħu biex irawwem post tax-xogħol divers u inklussiv fejn nisa professjonisti bi sfondi akkademiċi differenti jistgħu jirnexxu. Hekk kif is-settur finanzjarju qiegħed dejjem jevolvi, b’avvanzi fix-xjenza tad-dejta, l-intelliġenza artifiċjali, u analitiċi jkollhom rwol importanti f’dan il-qasam, il-BOV qed jippożizzjona lilu nnifsu bħala post tax-xogħol tal-għażla f’Malta billi joffri opportunitajiet ta’ karriera interessanti fl-oqsma tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM).

Biex ifakkar din il-ġurnata internazzjonali, il-Bank iċċelebra l-kisbiet ta’ numru ta’ impjegati li qed jieħdu rwol ewlieni fil-vjaġġ ta’ trasformazzjoni tal-Bank. Bosta kollegi qasmu l-esperjenza tagħhom. Dawn l-istejjer servew ta’ ispirazzjoni għal nisa oħra li jixtiequ jieħdu rwoli f’dan il-qasam importanti.

Annalise Azzopardi, gradwata ta’ MSc fl-Istatistika, tuża l-ħiliet analitiċi tagħha biex tittrasforma dejta kumplessa f’deċiżjonijiet infurmati, itejjeb il-proċessi u jottimizza l-esperjenza tal-klijenti. “Napplika l-għarfien statistiku tiegħi biex ngħin lill-Bank jieħu deċiżjonijiet infurmati, isaħħaħ il-proċessi u jottimizza l-esperjenza tal-klijenti. Il-ħsieb loġiku u s-soluzzjoni tal-problemi huma fil-qalba ta’ dak li nagħmel.”

Sadanittant, għal Marija Vella mill-Hub tal-Intelliġenza tad-Dejta tal-Bank, filwaqt li l-PhD tagħha fix-Xjenza tad-Dejta kienet pass importanti, il-passjoni tagħha hija l-abbiltà li tuża dan l-isfond biex taqsam l-għarfien tagħha mat-tim. “Wieħed mill-iktar mumenti li nibqa’ niftakar huwa l-okkażjoni li fiha it-tim li mmexxji jien irbaħna fi sfida interna. Li nara grupp ta’ individwi jikkollaboraw, jinnovaw, u jiksbu suċċess jimmotivani nkompli naqsam dak li naf magħhom.”

Filwaqt li dawn l-impjegati rrikonoxxew il-progress li sar fid-diversità tal-ġeneru, il-vjaġġ mhux dejjem kien faċli. Kif qalet it-Test Manager, Nadette Rapinett, “Huwa ta’ sfida li tkun l-unika mara fil-kamra fi spazji ddominati mill-irġiel. Għall-bidu, kien ikun diffiċli taqsam ideat fi gruppi kbar, madankollu, wara li wieħed mis-suġġerimenti tiegħi ġie implimentat, dan tani l-kunfidenza biex nitkellem aktar u nuża l-vuċi tiegħi.”

Nimbuttaw lill-Ġenerazzjoni li jmiss fl-iSTEM

Hekk kif il-Bank of Valletta qed ikompli t-trasformazzjoni diġitali tiegħu, il-karrieri fid-Dejta, l-Intelliġenza Artifiċjali u l-Analitika qed isiru aspetti ewlenin tas-settur finanzjarju. Claudette Pace, Kap tal-Employee Experience fil-Bank of Valletta, enfasizzat l-impenn tal-BOV biex irawwem kultura inklusiva tal-iSTEM. “Ġewwa l-Bank of Valletta, aħna kburin li nipprovdu opportunitajiet ta’ karriera fl-STEM, u niżguraw li l-impjegati feminili tagħna jkollhom ir-riżorsi, il-mentorship, u l-appoġġ li jeħtieġu biex jirnexxu. Qed infasslu futur fejn id-diversità twassal għall-innovazzjoni u fejn in-nisa fix-xjenza, it-teknoloġija u d-dejta jservu bħala pilastri importanti tal-vjaġġ ta’ trasformazzjoni tal-Bank.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport