Saturday, May 18, 2024

Il-BOV iħabbar soluzzjoni tal-litigazzjoni Deiulemar

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta qed iħabbar li wara diskussjonijiet twal u dettaljati ma’ rappreżentanti legali tal-każ Deiulemar, li jinkludi madwar 13,000 detentur ta’ bonds, intlaħaq ftehim ta’ soluzzjoni barra l-qorti, mingħajr ebda ammissjoni ta’ tort, li se jagħlaq id-domandi legali kollha dwar din il-kwistjoni fi tmiemhom.

Dettalji dwar dan huma pprovduti aktar ‘l isfel iżda l-aħbarijiet ewlenin tas-saldu huma kif ġej:

– Il-BOV jaqbel li jħallas is-somma ta’ €182.5m bħala ħlas sħiħ u finali fir-rigward
tas-sentenza ta’ €370m mogħtija mill-Qorti ta’ Torre Annunziata.
– Dan se jagħlaq id-domandi kollha miż-żewġ naħat u l-BOV ma jkollux aktar
responsabbiltà kontinġenti jew attwali li għaddejja, u madwar €370m f’kollateral
miżmum se jintbagħtu lura direttament lill-BOV.
– Minħabba l-proviżjonijiet eżistenti kontra din l-obbligazzjoni potenzjali, il-BOV se jinkorpora ħlas ta’ darba addizzjonali fir-riżultati tal-qligħ u t-telf tiegħu din is-sena fir-reġjun ta’ €100m.
– Il-Bank għandu pożizzjoni kapitali estremament b’saħħitha u qed ikompli
jissodisfa r-rekwiżiti regolatorji kollha meta jassimila l-impatt ta’ dan il-ftehim ta’
saldu. It-tneħħija tal-inċertezza tkompli żżid il-fiduċja fis-sostenibbiltà fit-tul tal-
Bank.
– Qegħdin jiġu ffinalizzati ftehimiet legali u din il-kwistjoni ser tiġi fi tmiemha fil-jiem li ġejjin, u tagħlaq kwistjoni li ilha f’litigazzjoni mill-2014.

Iċ-Chairman tal-BOV Dr Gordon Cordina ikkummenta “Is-sitwazzjoni Deiulemar kienet waħda twila u kkumplikata għall-Bank. Il-Bord kellu jieħu deċiżjoni diffiċli ħafna biex japprova l-ammont tas-settlement, wara li ġie deċiż li jkun fl-aħjar interess tal-BOV. Il-Bank iġib din il-kwistjoni fi tmiemha. Il-Bank minn issa ‘l quddiem se jkun f’pożizzjoni kapitali aktar sigura b’mod ġenerali u f’pożizzjoni aħjar biex jimxi ‘l quddiem b’kunfidenza u sostenibbiltà. Ir-rappreżentanti legali għall-falliment ta’ Deiulemar, li jinkludi madwar 13,000 detentur ta’ bonds bħala kredituri kienu lesti li jaċċettaw l-approċċ tagħna u jaqblu dwar soluzzjoni, minkejja li kellhom ġudizzju favur tagħho tad-doppju ta’ dak l-ammont”.

Din id-deċiżjoni ttieħdet mill-Bord b’mod kollettiv u unanimu wara li rreveda u kkunsidra opinjonijiet legali minn diversi awtoritajiet ewlenin kemm fl-Italja kif ukoll f’Malta. Din kienet appoġġjata wkoll minn valutazzjonijiet dettaljati tar-riskju tad-diversi għażliet għall-Bank u r-riżultati potenzjali li jistgħu jirriżultaw taħt kull xenarju.

Minkejja l-fehmiet legali espressi b’mod konsistenti li dan il-każ ma kellux mertu,
opinjoni li għadha valida, is-sentenza fil-Qorti ta’ Torre Annunziata wriet li l-kawża tista’ tirċievi interpretazzjoni differenti fl-ambjent lokali għad-detenturi tal-bonds Deiulemar, u għal kollox ostili għall-Bank. Il-Bord qies dawn ir-riskji bħala reali ħafna, u tali deċiżjoni tista’, minkejja l-pożizzjoni purament legali, tiġi approvata minn qorti ta’ l-appell sussegwenti bbażata f’Napli. Kieku din l-eventwalità tinqala’, l-għażliet possibbli għall-Bank kienu limitati u potenzjalment jestendu l-inċertezza għal 10 snin jew aktar. L-ammont tas-saldu jirrifletti r-riskji ta’ dawn ir-riżultati possibbli min-naħat kollha u l-Bord evalwa li din l-għażla tirrappreżenta l-aħjar pass ‘il quddiem.

Il-Bank informa lir-regolaturi tiegħu, u aħna nemmnu li se jkunu kuntenti li dan is-sors ta’ riskju tneħħa, u ġiet irrestawrata ċertezza akbar fir-rigward ta’ livelli ta’ kapital fil-ġejjieni.

Sport