Tuesday, May 6, 2025

IL-BOV INIEDI WEBINAR PUBBLIKU BIEX IŻID L-GĦARFIEN DWAR L-ISCAMS U L-PHISHING 

Webinar għall-Pubbliku nhar l-Erbgħa, 7 ta’ Mejju 2025 fil-5pm

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta ħabbar l-ewwel webinar pubbliku, bil-għan li jgħin lill-individwi jipproteġu lilhom infushom minn scams u phishing permezz ta’ pariri prattiċi dwar kif jistgħu jħarsu l-informazzjoni personali u finanzjarja tagħhom. Il-webinar ta’ siegħa se jsir online nhar l-Erbgħa 7 ta’ Mejju 2025 fil-5pm. Huwa miftuħ għall-pubbliku, mingħajr ħlas, u se jkun bil-Malti.

Din l-inizjattiva tifforma parti mill-impenn kontinwu tal-Bank li jipprovdi edukazzjoni finanzjarja u protezzjoni lill-klijenti. Il-webinar se jitmexxa minn Ryan Caruana, Group Chief Anti-Financial Crime & Money Laundering Reporting Officer.  Se jkun preżenti wkoll il-Kap Eżekuttiv, Kenneth Farrugia, li se jagħmel intervent. Matul is-sessjoni, il-parteċipanti se jingħataw informazzjoni dwar metodi użati mill-frodisti biex iqarrqu bil-vittmi, kif tipikament jiżvolġu l-iscams, u l-passi li wieħed jista’ jieħu biex iħares lilu nnifsu. Permezz ta’ eżempji reali u lingwaġġ sempliċi, is-sessjoni se toffri pariri prattiċi dwar liema huma l-bozoz il-ħomor, kif tiġi mħarsa l-informazzjoni personali u finanzjarja, u kif wieħed jindirizza b’mod xieraq attività suspettuża.

L-iscams finanzjarji u t-tentattivi ta’ phishing qed ikomplu jiżdiedu u huma mmirati lejn persuni minn kull qasam tal-ħajja. Il-kriminali qed isiru dejjem aktar sofistikati, bl-użu ta’ tattiċi li jisfruttaw emozzjonijiet bħall-biża’, l-urġenza, u l-fiduċja. Ryan Caruana enfasizza li s-sensibilizzazzjoni u l-għarfien huma l-aħjar difiża, u qal, “L-għan tagħna huwa li ngħammru lill-pubbliku bl-għodod meħtieġa biex jipproteġi lilu infusu. Il-frodisti huma intelliġenti, iżda bl-informazzjoni t-tajba, il-pubbliku jista’ jkun aktar intelliġenti. Inħeġġu lil kulħadd biex jieħu din l-opportunità u jitgħallem aktar bil-għan li jkun pass ‘il quddiem.”

Il-Bank of Valletta jistieden lil kull min jixtieq ikun jaf aktar kif jipproteġi aħjar lilu nnifsu biex jirreġistra llum. Ir-reġistrazzjoni għal dan il-webinar tista’ ssir permezz ta’ din il-link

https://events.teams.microsoft.com/event/85ec9b85-4d53-4f7e-b14a-96764bf95510@090b0a65-4a55-401c-9985-8fedd2a47870

jew bl-użu tal-Kodiċi QR ipprovdut. Is-sessjoni hija miftuħa għall-pubbliku, u l-parteċipanti se jkollhom ukoll l-opportunità li jistaqsu mistoqsijiet f’ħin allokat apposta lejn l-aħħar tas-sessjoni. Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jżur il-paġna https://www.bov.com/anti-financial-crime-webinar , jew jikkuntattja lill-aġenti tal-Customer Service Centre fuq +356 21312020.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport