Saturday, May 4, 2024

Il-BOV isegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-ECB għall-Banek Ewropej kollha dwar id-distribuzzjoni tad-dividend

Aqra wkoll

Rakkomandazzjoni għat-tqassim tad-dividendi posposta għal Ottubru

Fit-18 ta’ Marzu 2020, il-Bank of Valletta ħabbar l-intenzjoni li jipproponi, suġġett għall-approvazzjoni regolatorja, dividend gross finali ta’ €0.026 għal kull sehem (ekwivalenti għal dividend nett finali ta’ €0.017 għal kull sehem) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2019.

Fid-dawl tal-pandemija COVID-19 u wara rakkomandazzjoni qawwija fis-27 ta’ Marzu 2020 mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) applikabbli għall-banek Ewropej kollha dwar id-distribuzzjonijiet tad-dividend, il-BOV iddeċieda li jżomm mal-proposta oriġinali tiegħu għad-distribuzzjoni tad-dividend iżda il-ħlas ta’ dan id-dividend isir biss wara li terġa ssir evalwazzjoni tas-sitwazzjoni meta l-inċertezzi kkawżati minn COVID-19 ikunu għaddew, bl-ewwel data għal dan, b’konformità mar-rakkomandazzjoni tal-BĊE, tkun dik tal-1 ta’ Ottubru 2020.

Il-Bank of Valletta daħal għall-2020 b’bażi kapitali b’saħħitha ħafna u bafers qawwija ta’ likwidità. Il-Grupp qed jsegwi mill-qrib is-sitwazzjoni u jevalwa b’mod kostanti l-impatt tal-pandemija COVID-19.

F’dawn iż-żminijiet ta’ incertezza, il-konservazzjoni tal-kapital hija ta’ prijorita’ kbira peress li l-Bank of Valletta huwa mpenjat bis-sħiħ biex jappoġġja lill-klijenti tiegħu, kemm lill-klijenti kummerċjali kif ukoll dawk personali, u lill-ekonomija Maltija billi joffri firxa ta’ mezzi ta’ appoġġ b’mod responsabbli u prudenti. Minn perspettiva operattiva, il-Bank se jibqa’ iżomm fil-mira tiegħu il-protezzjoni tal-klijenti tiegħu, tal-impjegati u tal-pubbliku in ġenerali.

Sport