Sunday, November 24, 2024

Il-BOV jagħti l-appoġġ tiegħu lill-Inspire biex iqajjem kuxjenza dwar l-Awtiżmu

April huwa ddedikat għal għarfien akbar dwar l-Awtiżmu madwar id-dinja

Aqra wkoll

Aspett fundamentali tax-Xahar iddedikat għall-għarfien dwar l-Awtiżmu huwa li tinħoloq kuxjenza akbar dwar nies bl-awtiżmu u kif dawn jistgħu jiġu integrati kemm fil-kommunitajiet tagħhom, kif ukoll fuq il-post tax-xogħol.

Matul ix-xahar ta’ April, il-Fondazzjoni Inspire fittxet l-appoġġ ta’ entitajiet bħall-Bank of Valletta biex ikun hawn aktar għarfien dwar l-Awtiżmu u kif impjegat bl-Awtiżmu jista’ jiġi integrat fuq il-post tax-xogħol, u b’hekk ikun jista’ jikkontribwixxi b’mod sħiħ għall-miri tal-kumpanija. Biex dawn l-impjegati jħossuhom komdi, l-ewwel pass huwa li tinħoloq kuxjenza, biex b’hekk il-kollegi tagħhom jagħrfu jirrikonoxxu l-kapaċitajiet u t-talenti differenti tagħhom. Hawn wieħed jista’ jsemmi l-kapaċità eċċellenti tagħhom biex jagħrfu mudelli, jaħsbu b’mod oriġinali u kreattiv, kif ukoll l-attenzjoni kbira għad-dettall. Mill-banda l-oħra, huwa daqstant importanti li nagħrfu l-isfidi li jistgħu jiffaċċjaw, speċjalment fil-qasam ta’ ħiliet soċjali u mġiba ripetittiva.

Disturbi ġeneralizzati tal-awtiżmu huma diżabbiltà kumplessa fl-iżvilupp newroloġiku. Dawn huma kkaratteriżżat minn diffikultajiet f’ħiliet soċjali, imġiba ripetittiva, diskors, u kommunikazzjoni mhux verbali. L-awtiżmu jista’ jkun identifikat fl-istadju bikri tal-ħajja. Peress li hemm firxa ta’ kundizzjonijiet tal-awtiżmu, kull persuna bl-awtiżmu tiffaċċja realtà unika u personali, bl-abiltajiet u l-isfidi partikolari tagħha.

Waqt li kien qed jitkellem fuq l-involviment tal-Bank f’din l-inizzjattiva, Ray Debattista responsabbli tal-People and Culture, spjega li l-Bank jimpjega ‘l fuq minn 2,000 ħaddiem. Madankollu, l-Bank jirrikonoxxi u japprezza kull impjegat. “Aħna nagħrfu li kull individwu għandu abiltajiet differenti u ċirkostanzi speċifiċi li rridu nirrispettaw u niżviluppaw. Dawn huma l-qofol tal-istrateġija tagħna tar-Riżorsi Umani.” Huwa rringrazzja lit-tim immexxi minn Charles Azzopardi li ħa ħsieb jimplimenta din l-inizzjattiva li tpoġġi lenti fuq suġġetti li huma relevanti u kritiċi għall-kompożizzjoni kulturali tal-Bank.

Il-Fondazzjoni Inspire bniet reputazzjoni soda bħala NGO li taħdem ma’ individwi li għandhom bżonn l-appoġġ fil-ħajja ta’ kuljum, inkluż awtiżmu u paralisi ċerebrali. Perezz ta’ staff professjonali dedikat u volontiera, il-Fondazzjoni toffri firxa ta’ servizzi u riżorsi li joffru lill-pazjenti servizz b’aktar valur, sostenibbilta fit-tul u valur miżjud.

Sport