Il-Bank of Valletta jixtieq jinforma lill-klijenti tiegħu li fil-preżent qed jesperjenza diffikultajiet tekniċi li għandhom impatt fuq il-pjattaformi diġitali tal-Bank, ċerti servizzi offruti mill-fergħat, servizzi ta’ depożitu permezz ta’ ATMs, bilanċi tal-kards kif ukoll l-ipproċessar ta’ pagamenti.
Il-Bank qed jinforma li t-timijiet tekniċi tiegħu qed jagħmlu minn kollox biex dawn is-servizzi jerġgħu lura għan-normal mill-iżjed fis.
Aktar aġġornamenti se jingħataw permezz tas-sit elettroniku tal-Bank kif ukoll permezz tal-mezzi uffiċjali tal-Bank fuq il-midja soċjali. Il-Bank jiskuża ruħu għal kwalunkwe inkonvenjent ikkawżat.